Language of document : ECLI:EU:T:2016:82





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI – Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S BAR)

(Kawżi magħquda T‑711/13 u T‑716/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S BAR – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati [Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ)] (ara l-punt 26)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 38-40, 43, 44, 101, 102)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplimentari tal-prodotti jew tas-servizzi [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 51, 52)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 76, 77, 84, 85)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali HARRY’S BAR u trade mark figurattiva PUB CASINO Harrys RESTAURANG [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 91-100, 106-108)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet magħquda R 946/2012‑1 u R 995/2012‑1), dwar porċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA.

Dispożittiv

1)         Fil-Kawża T‑711/13, il-punti 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każijiet magħquda R 946/2012‑1 u R 995/2012‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA, huma annullati.

2)         Fil-Kawża T‑716/13, ir-rikors ta’ Harry’s New York Bar huwa miċħud.

3)         Harry’s New York Bar huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn dan tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Harrys Pubar matul il-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn dan tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.