Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2011 - Emme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/10 R)

("Miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa

- Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Emme Hodling SpA (Pescara, l-Italja) (rappreżentanti: G. Visconti, E. Vassallo di Castiglione, M. Siragusa, M. Beretta u P. Ferrari, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Gencarelli, V. Bottka u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 - Azzar użat għall-prestressing), u talba għal eżenzjoni mill-obbligu li jipprovdu garanzija bankarja sabiex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________