Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta Ġunju 2013 – Ali Divandri vs Il-Kunsill

(Kawża T-70/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran sabiex tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Lis alibi pendens – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ali Divandri (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u F. Zaiwalla, solicitors, M. Brindle, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat- 23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), fir-rigward tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa intiż għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta; Otturbu 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, fir-rigward tar-rikorrent.

Il-kumplament tal-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà hija miċħuda.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010, u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Il-Kunsill huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu stess, għall-ispejjeż tar-rikorrent marbuta mat-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2011/783, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011 u tar-Regolament Nru 267/2012.

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta, minn naħa, mat-talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(b), tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 u, min-naħa l-oħra, mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.

____________

1 ĠU C 109, 14.04.2012.