Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Sina Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-67/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sina Bank (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn din żammet, wara eżami mill-ġdid, l-iskrizzjoni tal-isem tar-rikorrenti fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), kif ukoll mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L319, p. 11) sa fejn din żammet, wara eżami mill-ġdid, l-iskrizzjoni tal-isem tar-rikorrenti fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, it-tieni nett, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 kif ukoll tal-Artikolu 19(1)(b) u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala li ġie ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu, sa fejn intiż għall-annullament tal-Artikolu 19(1)(b) u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, u bħala inammissibbli, sa fejn intiż għall-annullament tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u r- Regolament ta’ Implimentazzjoni t

a

l-Kunsill (U

E) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn dawn l-atti żammew, wara eżami mill-ġdid, l-iskrizzjoni tal-isem ta’ Sina Bank fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, rispettivament, huma annullati.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu stess u tal-ispejjeż ta’ Sina Bank.Sina Bank

għandha tbati parti waħda minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha stess u tal-ispejjeż tal-Kunsill.