Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Hemmati vs Il-Kunsill

(Kawża T-68/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Projbizzjoni ta’ dħul jew ta’ passaġġ fi tranżitu – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdolnaser Hemmati (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn din inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dan inkluda l-isem tar-rikorrent fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, it-tieni nett, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 kif ukoll tal-Artikolu 19(1)(b), u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw lir-rikorrent.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala li tressaq quddiem qorti li ma għandhiex ġusrisdizzjoni sabiex titratta l-kawża, sa fejn l-għan tiegħu huwa l-annullament tal-Artikolu 19(1)(b), u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, u bħala inammissibbli, sa fejn l-għan tiegħu huwa l-annullament tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn din inkludiet l-isem ta’ Abdolnaser Hemmati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn dan inkluda l-isem ta’ A. Hemmati fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, huma annullat

i.3)    Il-Kun

sill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati erba’ partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu u tal-ispejjeż ta’ A. Hemmati.A. Hemmati għandu jbati kwint mill-ispejjeż tiegħu u mill-ispejjeż tal-Kunsill.