Language of document : ECLI:EU:T:2014:349





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Hemmati vs Il-Kunsill

(Kawża T‑68/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Projbizzjoni ta’ dħul jew ta’ passaġġ fi tranżitu – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku –  Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413 – Esklużjoni (Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b)) (ara l-punti 31-33)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolamenti tal-Kunsill adottati fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u li jipprovdu miżuri restrittivi kontra l-Iran – Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Arikolu 263 TFUE – Assenza ta’ interess dirett u individwali – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 275 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2)) (ara l-punti 34-36)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3)) (ara l-punti 50-54, 59, 60, 64, 65)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn din inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dan inkluda l-isem tar-rikorrent fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, it-tieni nett, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 kif ukoll tal-Artikolu 19(1)(b), u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala li tressaq quddiem qorti li ma għandhiex ġusrisdizzjoni sabiex titratta l-kawża, sa fejn l-għan tiegħu huwa l-annullament tal-Artikolu 19(1)(b), u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas‑26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, u bħala inammissibbli, sa fejn l-għan tiegħu huwa l-annullament tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal‑25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal‑1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, sa fejn din inkludiet l-isem ta’ Abdolnaser Hemmati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal‑1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, sa fejn dan inkluda l-isem ta’ A. Hemmati fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, huma annullati.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati erba’ partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu u tal-ispejjeż ta’ A. Hemmati.

4)

A. Hemmati għandu jbati kwint mill-ispejjeż tiegħu u mill-ispejjeż tal-Kunsill.