Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ottubru 2010 - Höganäs vs UASI - Haynes (ASTALOY)

(Kawża T-505/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Höganäs AB (Höganäs, l-Isveżja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haynes International, Inc. (Kokomo, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 1530/2009-4;

tiċħad id-deċiżjoni ta' oppożizzjoni Nru B85624; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Astaloy" għal prodotti fil-klassi 6 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3890233

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 55400, "HASTELLOY" , għal prodotti fil-klassi 6

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu dwar il-probabbiltà ta' konfużjoni kif ukoll fl-evalwazzjoni tiegħu tax-xebh tat-trade mark ikkontestata.

____________