Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2015 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 November 2014 bir-referenza Ares(2014)3900631 (“id-deċiżjoni kkontestata”), li biha l-Kummissjoni kkonfermat il-maġġorparti tad-deċiżjoni tagħha tat-3 ta’ Ġunju 2014 bir-referenza Ares(2014)2150615 li biha l-Kummissjoni adottat deċiżjoni fuq it-talba għal informazzjoni ta’ PAN Europe tat-3 ta’ Jannar 2014 (irreġistrata mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Jannar 2014);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.    L-ewwel motiv jallega li billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret jew b’mod żbaljat ma applikatx jew applikat biss parzjalment ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006, peress li:

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 billi ma ttendietx li l-informazzjoni mitluba tikkwalifika bħala informazzjoni ambjentali;

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma interpretatx ir-raġuni għal rifjut tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jew/u b’mod ristrettiv biżżejjed, billi ma wiżnitx l-interess speċifiku tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali invokat mill-Kummissjoni fil-konfront tal-interessi ġenerali tal-iżvelar tal-informazzjoni ambjentali u billi ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti għar-rifjut;il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma eżaminatx b’mod speċifiku u individwali d-dokumenti li hemm riferiment għalihom fit-talba għall-aċċess u billi ma ġġustifikatx għal kull dokument speċifiku r-raġuni għaliex ma għandux jiġi żvelat.2.    It-tieni motiv jallega li billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, speċjalment l-Artikolu 4 ta’ dak ir-regolament u/jew b’mod iktar speċifiku l-Artikolu 4(3) ta’ din tal-aħħar peress li naqset milli turi li għandha tapplika r-raġuni għal rifjut invokata, naqset b’mod żbaljat milli tiżen l-interessi sodisfatti bl-iżvelar u b’mod żbaljat, u bi ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE)

Nru 1049/2001 ma eżaminatx b’mod speċifiku u individwali d-dokumenti li hemm riferiment għalihom fit-talba għall-aċċess għad-dokumenti.