Language of document : ECLI:EU:T:2015:266





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2015 –Star Light vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑46/15)

“Rikors għal annullament – Ittra tal-Kummissjoni li tinforma allegatament lir-rikorrenti tal-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Rikors għad-danni – Rikors promotur – Ksur tar- rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Att li jipproduċi effetti legali vinkolanti – Att purament informattiv tal-Kummissjoni li jagħti l-interpretazzjoni ta’ test leġiżlattiv – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20-26)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Assenza ta’ indikazzjonijiet kemm għan-natura u għall-portata tad-dannu subit kif ukoll għar-rabta kawżali – Inammissibbiltà manifesta (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 27-29, 31)

Suġġett

Min-naħa, talba għall-annullament tal-Ittra tal-1 ta’ Diċembru 2014 ta’ wieħed mill-kapijiet tal-Unità tad-Direttorat Ġenerali “Azzjoni għall-Klima” tal-Kummissjoni Ewropea li tinforma allegatament lir-rikorrenti bl-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, p. 195), u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Star Light SAS għandha tbati l-ispejjeż.