Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Hydrex vs Il-Kummisssjoni

(Kawża T-45/15) 1

(“Ftehim ta’ sussidju dwar proġett li jirrigwarda strument finanzjarju għall-ambjent – Ordni ta’ rkupru – Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE – Obbligu ta’ Motivazzjoni – Żbalji ta’ evalwazzjoni – Forza maġġuri”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Hydrex NV (Anvers, il-Belġju) (rappreżentant: P. Van Eysendeyk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u G. Wils, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 103 finali, tat-12 ta’ Jannar 2015, dwar l-ordni ta’ rkupru Nru°3241405101 kontra r-rikorrenti u li tirrigwarda l-ammont ta’ EUR 540 721.10.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hydrex NV għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 96, 23.3.2015