Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/15) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Dokumenti dwar interferenti endokrinali – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, P. Mihaylova u J. Tomkin, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent : Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2014, bir-referenza Ares(2014) 3900631, sa fejn tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti dwar l-interferenti endokrinali.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2014, bir-referenza (2014) 3900631, hija annullata sa fejn ċaħdet l-aċċess għad-dokumenti msemmijin taħt in-numri 9, 13, 14, 15, 16, 17, 17a, 20, 22, 24, 25, 29, 30, 31, 37, 38, 39, 41, 42 u 43, abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill Pesticide Action Network Europe (PAN Europe).

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 118, 13.4.2015.