Language of document : ECLI:EU:T:2016:151





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2016 –

Hydrex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑45/15)

“Ftehim ta’ sussidju dwar proġett li jirrigwarda strument finanzjarju għall-ambjent – Ordni ta’ rkupru – Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE – Obbligu ta’ Motivazzjoni – Żbalji ta’ evalwazzjoni – Forza maġġuri”

1.                     Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv – Deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà – Motivi dwar id-dispożizzjonijiet kuntrattwali u d-dritt nazzjonali applikabbli – Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE, 272 TFUE u 299 TFUE) (ara l-punti 24, 25, 39, 49, 50)

2.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 27, 28, 32)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 27, 29-31)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Formulazzjoni mhux preċiża ta’ lment – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)) (ara l-punti 43-46)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 103 finali, tat-12 ta’ Jannar 2015, dwar l-ordni ta’ rkupru Nru°3241405101 kontra r-rikorrenti u li tirrigwarda l-ammont ta’ EUR 540 721.10.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hydrex NV għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.