Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2012 - Tubes Radiatori vs UASI - Antrax It (Radjaturi għat-tisħin)

(Kawża T-315/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antrax It Srl (Resana, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' April 2012, fil-Każ R 953/2011-3, u, konsegwentement, tikkonstata u tiddikjara l-validità tad-disinn Komunitarju Nru 000 169 370-0002 proprjetà ta' TUBES RADIATORI srl, peress li huwa ġdid u għandu karattru distintiv;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta' Mejju 1991.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: radjaturi għat-tisħin - disinn Komunitarju Nru 169 370-0002

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Antrax It Srl

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Ksur tal-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji (iktar 'il quddiem ir-RDK) u, b'mod partikolari, r-raġuni għal invalidità skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-RDK minħabba nuqqas ta' karattru distintiv skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-RDK.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002

____________