Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Tubes Radiatori vs UASI – Antrax It (Radjatur)

(Kawża T-315/12) 1

[Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta radjatur ta’ tisħin – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Saturazzjoni tal-iktar teknika moderna – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero u P. Menapace, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Antrax It Srl (Resana) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 953/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Antrax It Srl u Tubes Radiatori Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 953/2011 3) hija annullata.

2)     Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)     L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Tubes Radiatori Srl.

4)     Antrax It Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 273, 08.09.2012.