Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-319/12 u T-321/12) 1

(Għajnuna mill-Istat – Ċinematografija – Għajnuna għall-kostruzzjoni u għall-operat ta’ kumpless ċinematografiku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompataibbli mas-suq intern – Kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq – Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali – Għajnuna intiża għall-promozzjoni tal-kultura – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, abogado del Estado); Ciudad de la Luz, SAU (Alicante, Spanja); u Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SAU (Alicante) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, J. Belenguer Mula u M. Muñoz de Juan, sussegwentement J. Buendía Sierra u J. Belenguer Mula, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni (2012) 3025 finali tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Mejju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22668 [C 8/2008 (NN 4/2008)], li Spanja implementat favur Ciudad de la Luz, SA.DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Ciudad de la Luz, SA, Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.