Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Holcim (Romania) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/12) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Responsabbiltà minħabba nuqqas – Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ kwoti ta’ emissjoni allegatament misruqa – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Responsabbiltà mingħajr nuqqas”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holcim (Romania) SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u E. White, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba, imressqa abbażi tar-responsabbiltà minħabba nuqqas, intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tiżvelalha informazzjoni dwar kwoti ta’ emissjoni ta’ gass serra li allegatament insterqulha u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ dawn il-kwoti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tar-responsabbiltà mingħajr nuqqas.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Holcim (Romania) SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.