Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill

(Kawża T-310/12) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Industrija Komunitarja – Determinazzjoni tad-dannu – Artikolu 9(4), Artikolu 14(1) u Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt li tippreżenta osservazzjonijiet – Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 1225/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (Yuan Ping City, Xin Zhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: V. Akritidis, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn N. Chesaites, barrister, u G. Berrisch, avukat, sussegwentement minn D. Geradin, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, p. 1).DispożittivIr-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co., ħlief għall-ispejjeż sostnunti minn din tal-aħħar minħabba fl-intervent tal-Kummissjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. minħabba fl-intervent tagħha.