Language of document : ECLI:EU:T:2010:448





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2010 – Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-18/10 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Regolament (KE) Nru 1007/2009 – Kummerċ tal-prodotti li joriġinaw mill-foki – Projbizzjoni ta’ importazzjoni u ta’ bejgħ – Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit – Talba oħra għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fatti ġodda – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ċaħda tat-talba - Possibbiltà li titressaq talba ġdida - Kundizzjoni - Fatti ġodda - Kunċett - Kundizzjoni ta’ għoti tal-miżura provviżorja - Kapaċità ta’ fatti ġodda li jikkonfutaw l-evalwazzjonijiet li ddeterminaw iċ-ċaħda tal-ewwel talba (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 109) (ara l-punti 17-19, 22)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu li jista’ jaffettwa settur ekonomiku ġenerali - Rikors ippreżentat mhux minn korp tad-dritt pubbliku iżda minn individwi - Obbligu li jiġi invokat dannu individwali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 52-54, 59, 61, 62)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 63, 64)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Modifika irrimedjabbli ta’ partijiet tas-suq - Inklużjoni - Kundizzjonijiet - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp li għalih hija tappartjeni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 68)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ affiljazzjoni - Applikazzjoni għar-relazzjonijiet bejn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru u l-membri tagħha - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 70)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Impossibbiltà, għall-poplu Inuit, li jissokta bl-attivitajiet ekonomiċi tiegħu minħabba l-projbizzjoni, mir-Regolament Nru 1007/2009, tal-kummerċ ta’ prodotti li joriġinaw mill-foki - Regolament ta’ implementazzjoni li jipprovdi eċċezzjoni għal din il-projbizzjoni favur il‑komunitajiet Inuit - Nuqqas ta’ prova tan-natura mhux prattikabbli tal-imsemmi regolament ta’ implementazzjoni - Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1007/2009; Regolament tal-Kummissjoni Nru 737/2010) (ara l-punti 84-90)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p. 36).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tad-19 ta’ Awwissu 2010, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill (T-18/10 R II, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.