Language of document : ECLI:EU:T:2011:710





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2011 –
Carbunión vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni dwar l-għajnuna intiża sabiex tiffaċilita l-għeluq tal-minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ konkordanza mar-rikors prinċipali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12-14)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni mitluba - Talba intiża għall-ksib tas-sospensjoni parzjali tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2010/787 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi - Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent - Assenza ta’ interess ġuridiku (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 17-21)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Talba intiża għall-ksib ta’ miżuri li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 22-24)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Talba intiża għall-ksib tas-sospensjoni parzjali tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni - Deċiżjoni 2010/787 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi - Sospensjoni li tinvolvi bdil tas-sustanza ta’ deċiżjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 26-34)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Kunċett - Prevalenza tal-interess pubbliku ġenerali meta mqabbel mal-interessi individwali (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 36-39, 41-43)

Suġġett

Prinċipalment, talba għas-sospensjoni parzjali tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24) u, sussidjarjament, talba għas-sospensjoni totali tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.