Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 – Carbunión vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/11) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni dwar għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi – Annullament parzjali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: K. Desai, solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Florindo Gijón u A. Lo Monaco, sussegwentement F. Florindo Gijón u K. Michoel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, L. Flynn u C. Urraca Caviedes, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk dwar il-miżuri provviżorji.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-sipejjeż tagħha.