Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2012 - Sport Eybl & Sports Experts vs UASI - Elite Licensing (e)

(Kawża T-425/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Gumpoldsberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 881/2011-1 sa fejn tilqa' l-appell tal-opponenti u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja fil-klassijiet 9, 12, 18, 22, 25 u 28 mressqa mir-rikorrenti; u

tiddikjara li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra "e" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 18, 22, 25, 28 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 220 421

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Elite Licensing Company SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji li jinkludu l-ittra "e" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________