Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2015 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Operat ta’ terminali tal-lotterija video – Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Vantaġġ – Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Club Hotel Loutraki AE (Loutraki, il-Greċja); Vivere Entertainment AE (Ateni, il-Greċja); Theros International Gaming, Inc. (Patra, il-Greċja); Elliniko Casino Kerkyras (Ateni); Casino Rodos (Rhodes, il-Greċja); Porto Carras AE (Alimos, il-Greċja); u Kazino Aigaiou AE (Syros, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta : Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); u Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitor, L. Van den Hende u M. Sánchez Rydelski, avukati, sussegwentement minn M. Petite u A. Tomtsis, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6777 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2012, dwar għajnuna mill-Istat SA.33 988 (2011/N) – il-Greċja – Modalitajiet ta’ estenzjoni tad-dritt esklużiv tal-OPAP għat-tħaddim ta’ 13-il logħba tal-ażżard u l-għoti ta’ liċenzja esklużiva dwar it-tħaddim ta’ 35 000 terminal tal-lotterija video, għal perijodu ta’ għaxar snin. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos, Porto Carras AE u Kazino Aigaiou AE huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom rispettivi kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).Ir-Repubblika Ellenika għandha

tbati l

-ispejjeż tagħha stess.