Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2010 - Nexans France vs Impriża Konġunta Fusion for Energy
(Kawża T 415/10 R)
"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nexans France SAS (Clichy, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Tran Thiet u J.-F. Le Corre, avukati)
Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: A. Verpont, aġent, assistit minn C. Kennedy-Loest, C. Thomas, M. Farley, solicitors, J. Derenne u N. Pourbaix, avukati)
Suġġett
Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenuta, fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt għall-provvista ta' kondutturi TF u PF lil offerent ieħor.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________