Language of document : ECLI:EU:T:2013:225





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)

(Kawża T‑640/11)

“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali RELY-ABLE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni superfluwa”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 13, 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali RELY-ABLE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 15-29, 31, 32)

3.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 33, 34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2011 (Każ R 756/2011‑4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali RELY-ABLE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.