Language of document : ECLI:EU:T:2010:424





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 – Strategi Group vs UASI – RBI (STRATEGI)

(Kawża T‑92/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali STRATEGI – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Stratégies – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu parzjali - Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d‑deċiżjoni tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal‑UASI, tat‑18 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1581/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Reed Business Information (RBI) u Strategi Group Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Strategi Group Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali STRATEGI għal servizzi fil-klassi 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reed Business Information (RBI)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark Nru 1240001 tat-trade mark Stratégies għal prodotti u għal servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata


Dispożittiv

1)

Ir‑rikors huwa miċħud.

2)

Strategi Group Ltd hija kkundannata għall‑ispejjeż.