Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2011 - Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-490/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bena Properties Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2011/273/PESK, tad-9 ta' Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn jirrigwardawha, kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta' implementazzjoni sussegwenti 2011/302/PESK, tat-23 ta' Mejju 2011, u 2011/367/PESK, tat-23 ta' Ġunju 2011, sa fejn dawn isemmu isimha fil-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta' Mejju 2011, dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, kif ukoll ir-Regolamenti ta' implementazzjoni sussegwenti Nru 504/2011, tat-23 ta' Mejju 2011 u l-emendi (Regolament li jemenda r-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 504/2011 ippubblikat fl-24 ta' Ġunju 2011), sa fejn dawn jirrigwardawha;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill 1.

____________

1 - ĠU C 290, 01.10.2011, p. 14