Language of document : ECLI:EU:T:2014:39





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 – Streng vs UASI – Gismondi (PARAMETRICA)

(Kawża T‑495/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PARAMETRICA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Parameta – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ produzzjoni ta’ provi fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni – Regola 19(2) u (3) u Regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Nuqqas li tiġi prodotta, fit-terminu stabbilit, it-traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali preċedenti – Effett fuq il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 19(1) sa (3) u 98(1) (ara l-punti 24-27))

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1348/2010 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Michael Streng u Fulvio Gismondi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Michael Streng huwa kkundannat għall-ispejjeż.