Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Ottubru 2011 - Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/08) 

["Għajnuna mill-Istat - Miżura tal-awtoritajiet Taljana intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit mir-raffinerija taz-zokkor ta' Villasor (l-Italja) wara perijodu ta'nixfa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta' motivazzjoni - Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eridania Sadam SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, I. Perego, B. Amabile u M. Serpone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/704/KE, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 29/04 (ex N 328/03) li l-Italja bisiebha tagħti għar-raffinerija taz-zokkor ta' Villasor, proprjetà tal-kumpannija Sadam ISZ (ĠU 2009, L 244, p. 10)..

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eridiana Sadam SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009.