Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Novembru 2008 - Mundipharma vs UASI - ALK-Abelló (AVANZALENE)

(Kawża T-477/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma AG (Basel, l-Iżvizzera) (rappreżentant : F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tħassar id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 1694/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "AVANZALENE" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni Nru 4 632 501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali Komunitarja "AVANZ" irreġistrata bin-Nru 3 331 444 għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________