Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2009 - Media-Saturn vs UASI (BEST BUY)

(Kawża T-476/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEST BUY − Raġuni assoluta għal rifjut − Nuqqas ta' karattru distintiv − Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009)")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Media-Saturn Holding GmbH (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn K. Lewinsky, sussegwentement minn C.-R. Haarmann u E. Warnke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Awwissu 2008 (Każ R 591/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BEST BUY bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Media-Saturn Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008.