Language of document : ECLI:EU:T:2010:72





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 – Mundipharma vs UASI – ALK-Abelló (AVANZALENE)

(Kawża T-477/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali AVANZALENE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AVANZ – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 43-45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1694/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ALK‑Abelló A/S u Mundipharma AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Mundipharma AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali AVANZALENE għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 4632501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

ALK‑Abelló A/S

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Komunitarja AVANZ għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 3331444)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mundipharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż, esklużi dawk sostnuti minn ALK‑Abelló A/S.

3)

ALK‑Abelló A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.