Language of document : ECLI:EU:T:2009:508





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009 – Media‑Saturn vs UASI (BEST BUY)

(Kawża T‑476/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEST BUY – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22, 26-29, 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 591/2008‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BEST BUY bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Media-Saturn-Holding GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva BEST BUY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5, 6 sa 12, 14 sa 17, 20 sa 22, 27, 28, 35, 37, 38 u 40 sa 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5189550

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Media-Saturn Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.