Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2010 - Mundipharma vs UASI - ALK-Abelló (AVANZALENE)

(Kawża T-477/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AVANZALENE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AVANZ - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Palomäki Arnesen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Awwissu 2008 (Każ R 1694/2007-4), fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn ALK-Abelló A/S u Mundipharma AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mundipharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż, esklużi dawk esposti minn ALK-Abelló A/S.

ALK-Abelló A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 6, 10.1.2009