Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Colomer Italy vs UASI – Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)

(Kawża T-681/13)1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Colomer Italy SpA (Sala Bolognese, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi, F. Tarocco u C. Mezzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Farmaca International SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: M. Caramelli u S. Fierro, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1186/2012-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmaca International SpA u Colomer Italy SpA.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Colomer Italy SpA u Farmaca International SpA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

____________

1     ĠU C 78 tal-15.3.2014