Language of document : ECLI:EU:T:2014:59

Kawża T‑27/10

AC-Treuhand AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa u ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Impriża ta’ konsulenza li ma toperax fis-swieq inkwistjoni — Multi — Talba għal annullament — Kunċett ta’ impriża — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Tul tal-proċeduri amministrattivi — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Informazzjoni tardiva tal-proċeduri ta’ investigazzjoni — Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Sanzjoni ta’ żewġ każijiet ta’ ksur f’deċiżjoni waħda — Kunċett ta’ ksur uniku — Talba għal bidla — Ammont tal-multi — Tul tal-ksur — Tul tal-proċeduri amministrattivi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Valur tal-bejgħ — Multa simbolika — Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014

1.      Akkordji — Imputazzjoni lil impriża — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata r-responsabbiltà kondiviża ta’ impriża ta’ konsulenza mhux attiva fis-suq ikkonċernat iżda li kkontribwiet attivament u deliberatament għall-akkordju — Ksur tal-Artikolu 81 KE kif ukoll tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Assenza

(Artikolu 81(1) KE)

2.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Ġabra ta’ provi — Obbligi probatorji ta’ impriżi li jikkontestaw ir-realtà jew it-tul tal-ksur

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

3.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Obbligu tal-Kummissjoni li tavża lill-impriżi, kkonċernati minn investigazzjoni, tal-possibbiltà ta’ adozzjoni ta’ miżuri ta’ istruttorja jew ta’ azzjoni qabel ma tintbagħat kwalunkwe dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Assenza

(Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

4.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — L-annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura — Kundizzjoni — Preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati — Effett tat-tul eċċessiv tal-proċeduri fuq il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Assenza

(Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

5.      Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Kriterji — Għan uniku u pjan ġenerali — Rabtiet ta’ komplementarjetà bejn il-ftehimiet

(Artikolu 81(1) KE)

6.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Il-kuntest ġuridiku — Linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali

(Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 9 sa 13, 36 u 37)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43-46)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-64, 75, 88-92, 124, 135, 147-151, 159, 162)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 170-178, 184-191)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 203-211, 215-220, 277-283)

5.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ ksur uniku jirreferi għal sitwazzjoni fejn diversi impriżi jkunu pparteċipaw fi ksur li jikkonsisti f’aġir kontinwat fit-tfittxija ta’ għan ekonomiku waħdieni intiż sabiex tiġi distorta l-kompetizzjoni jew fi ksur individwali marbuta flimkien mill-istess għan (l-istess finalità tal-elementi kollha) u l-istess suġġetti (l-istess impriżi kkonċernati, li jafu li qed jipparteċipaw fl-għan komuni). Ksur tal-Artikolu 81(1) KE jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn sensiela ta’ atti jew ukoll minn aġir kontinwat. Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata minħabba li xi att wieħed jew diversi atti minn dik is-serje ta’ atti jew minn dak l-aġir kontinwat ikunu jistgħu wkoll jikkostitwixxu minnhom infushom u waħedhom ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Meta d-diversi azzjonijiet jaqgħu taħt “pjan ġenerali”, minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat fit-totalità tiegħu.

Il-kunċett ta’ għan uniku ma jistax jiġi ddeterminat b’riferiment ġenerali għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat mill-ksur, peress li l-effett fuq il-kompetizzjoni jikkostitwixxi, bħala oġġett jew effett, element kostituttiv ta’ kull aġir li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE. Għaldaqstant, sabiex aġir differenti jiġu kkwalifikati bħala ksur uniku u kontinwat, għandu jiġi vverifikat jekk dawn għandhomx rabta ta’ komplementarjetà, fis-sens li kull wieħed minnhom huwa intiż sabiex jittratta konsegwenza jew konsegwenzi tal-iżvilupp normali tal-kompetizzjoni, u jikkontribwixxu, permezz ta’ interazzjoni, għat-twettiq tal-effetti antikompetittivi kollha intiżi mill-awturi tagħhom, fil-kuntest ta’ pjan ġenerali li jipprevedi għan uniku. F’dan ir-rigward, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni kull ċirkustanza li tista’ tistabbilixxi jew tikkontesta r-rabta msemmija, bħall-perijodu ta’ applikazzjoni, il-kontenut u, b’rabta ma’ dan, l-għan tad-diversi aġiri inkwistjoni.

L-eżistenza ta’ swieq ta’ prodotti differenti, għalkemm relatati, hija kriterju rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-portata u, għalhekk, tal-identiċità tal-ksur fir-rigward tal-Artikolu 81 KE. Madankollu, il-fatt li ż-żewġ akkordji kienu eventwalment ittrattaw żewġ swieq ta’ prodotti differenti ma jeskludix neċessarjament li huma kienu inklużi fl-istess pjan globali, sa fejn tista’ tiġi vverifikata l-eżistenza bejniethom ta’ rabtiet ta’ komplementarjetà, f’dak li jirrigwarda kundizzjonalità jew koordinazzjoni.

Il-klassifikazzjoni ta’ ċertu aġir illegali bħala li jikkostitwixxu ksur wieħed jew l-istess ksur, jew li jikkostitwixxu għadd ta’ ksur distint fir-rigward tal-Artikolu 81 KE ma hijiex, fil-prinċipju, mingħajr konsegwenzi fuq is-sanzjoni li tista’ tiġi imposta, peress li l-konstatazzjoni ta’ għadd ta’ ksur distint tista’ twassal għall-impożizzjoni ta’ għadd ta’ multi distinti, kull waħda minnhom fil-limiti ffissati fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, jiġifieri fir-rispett tal-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ li jsir fis-sena finanzjarja qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 230, 238-241, 249, 255)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 286-314)