Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ġunju 2009 - Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

(Kawża T-285/08)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Natur-Aktien Index - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Talba għal riforma - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Securvita - Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. van Eendenburg, C. Uhlig u J. Nabert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Mejju 2008 (Każ R 525/2007-4), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Natur-Aktien-Index bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008.