Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Altice Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/18) 1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Deċiżjoni li timponi multi għat-twettiq ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika tagħha u l-awtorizzazzjoni tagħha – Artikolu 4(1), Artikolu 7(1), u Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ legalità – Preżunzjoni tal-innoċenza – Proporzjonalità – Gravità tal-ksur – Implimentazzjoni tal-ksur – Skambji ta’ informazzjoni – Ammont tal-multi – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Altice Europe NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u H. Brokelmann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropa (rappreżentanti: M. Farley u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Parti intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u O. Segnana, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża prinċipalment għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2418 final tal-24 ta’ April 2018 li timponi multa għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikoli 4(1) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (Każ M.7993 – Altice vs PT Portugal), u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

L-ammont tal-multa imposta fuq Altice Europe NV mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 2418 final tal-24 ta’ April 2018 li timponi multa għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikoli 4(1) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (Każ M.7993 – Altice vs PT Portugal), għal ksur tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, huwa ffissat għal EUR 56 025 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Altice Europe hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll 80 % ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 341, 24.9.2018.