Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2021 – Far Polymers et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-722/20) 1

(“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni – Inammissibbiltà” )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Far Polymers Srl (Filago, l-Italja), Gamma Chimica SpA (Milano, l-Italja), Carbochem Srl (Castiglione Olona, l-Italja), Jeniuschem Srl (Gallarate, l-Italja) (rappreżentanti: G. Abbatescianni u E. Patti, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, F. Tomat, M. Gustafsson u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2020/1336, tal- 25 ta’ Settembru 2020, li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Kuraray Europe GmbH, minn Sekisui Specialty Chemicals Europe SL u minn Wegochem Europe BV.

Far Polymers Srl, Gamma Chimica SpA, Carbochem Srl u Jeniuschem Srl huma kkundannati għall-ispejjeż, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

Far Polymers, Gamma Chimica, Carbochem, Jeniuschem, il-Kummissjoni Ewropea, Kuraray Europe, Sekisui Specialty Chemicals Europe u Wegochem Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 35, 1.2.2021.