Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2021 – Katjes Fassin vs EUIPO - Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)

(Kawża T-616/19 REV) 1

(“Proċedura – Talba għal reviżjoni – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Rikors kontra deċiżjoni tal-EUIPO li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark – Irtirar tal-oppożizzjoni li seħħ qabel in-notifika tad-digriet li jiċħad ir-rikors – Fatt mhux magħruf mir-rikorrent u mill-Qorti Ġenerali – Reviżjoni tad-digriet – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz, S. Stolzenburg-Wiemer, M. Breuer u I. Dimitrov, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Haribo The Netherlands & Belgium BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Tiemann u C. Elkemann, avukati)

Suġġett

Talba għal reviżjoni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

Dispożittiv

It-talba għal reviżjoni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334), hija milqugħa.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-kawża Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19).

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura għal annullament fil-kawża Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19).

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

L-EUIPO huwa kkundannat għal nofs l-ispejjeż ta’ Katjes Fassin GmbH & Co. KG marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

Katjes Fassin għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

L-oriġinal ta’ dan id-digriet ser jiġi anness mir-Reġistratur mal-oriġinal tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

Ir-Reġistratur ser isemmi dan id-digriet fil-marġni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

____________

1     ĠU C 363, 28.10.2019.