Language of document : ECLI:EU:T:2021:745


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Fachverband Spielhallen et LM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/20)

“Għajnuna mill-Istat – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja – Ilment – Fażi ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – -Imposta fuq il-profitti – Vantaġġ — Natura selettiva – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Distinzjoni bejn ir-rekwiżit ta’ selettività u l-identifikazzjoni konkomitanti ta’ vantaġġ ekonomiku – Miżura fiskali li tirriżerva t-tnaqqis parzjali tat-taxxa fuq il-profitti għall-operaturi ta’ casinos pubbliċi – Evalwazzjoni fir-rigward tal-benefiċċji u tal-oneri tal-miżura – Neċessità li jiġi stabbilit il-vantaġġ li jista’ jinkiseb permezz tal-imsemmija miżura fil-mument tal-adozzjoni tagħha – Assenza ta’ vantaġġ

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 49 sa 51, 55 sa 58, 62, 67)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 65)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fil-każ ta’ diffikultajiet serji – Ċirkustanzi li jippermettu l-attestazzjoni tal-eżistenza ta’ dawn id-diffikultajiet – Oneru tal-prova

(Artikoli 107(1) u 108(2) u (3) TFUE)

(ara l-punt 68)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)8819 final tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44944 (2019/C ex 2016/FC) – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja u għajnuna mill-Istat SA.53552 (2019/C ex 2019/FC) – Garanzija allegata għall-operaturi tal-casinos pubbliċi fil-Ġermanja – il-Ġermanja (garanzija tal-profitabbiltà), sa fejn hija tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-fatt li s-somom imħallsa lil-Land ta’ Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) mill-operaturi ta’ casinos pubbliċi għal imposta fuq il-profitti setgħu jitnaqqsu mill-bażijiet taxxabbli tat-taxxa fuq in-negozju u tat-taxxa fuq id-dħul jew tat-taxxa fuq il-kumpanniji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fachverband Spielhallen eV u LM għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.