Language of document : ECLI:EU:T:2010:285





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 – Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/07)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw konċentrazzjoni ta’ impriżi – Rifjut ta’ aċċess”

Unjoni Ewropea - Istituzzjonijiet - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel sat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 4(3) u (6)) (ara l-punti 58-61, 64, 76, 77, 79, 80, 89, 94-99, 101-104, 110-116, 124-129, 131, 132, 141, 142, 144)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Awwissu 2006, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti dwar il-proċedura ta’ notifika u ta’ notifika minn qabel tat-tranżazzjoni ta’ akkwist ta’ Unipetrol minn Polski Koncern Naftowy Orlen SA (COMP/M.3543) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tikkonferma dan ir-rifjut.

Dispożittiv

1)

It-talbiet għall-annullament tar-risposta tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Awwissu 2006 kif ukoll dawk intiżi sabiex il-Qorti Ġenerali tordnalha tikkomunika d-dokumenti mitluba huma inammissibbli.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-każ COMP/M.3543, dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u t-terzi kif ukoll l-aċċess għad-dokumenti interni u għall-pariri legali stabbiliti f’din il-kawża hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tad-Danimarka u Polski Koncern Naftowy Orlen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.