Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Marzu 2009 - L'Oréal vs UASI - Spa Monopole (SPA THERAPY)

(Kawża T-109/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPA THERAPY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L'Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, Il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu, L. De Brouwer u D. Moreau, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Jannar 2007 (Każ R 468/2005-4), dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u L'Oréal SA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    L'Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 140, 23.6.2007