Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni vs D’Agostino

(Kawża T-670/13 P)1

(“Appell – Appell inċidentali – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid – Dmir ta’ premura – Ksur tal-Artikolu 12a(2) tar-Regolament tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żnaturament tal-fajl”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, aġenti)

Appellati: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, D’Agostino vs Il-Kummissjoni (F-93/12, ĠabraFP, EU:F:2013:155), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoi Ewropea (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, D’Agostino vs Il-Kummissjoni (F-93/12), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika b’mod żbaljat id-dmir ta’ premura.Il-kumplament tal-appell prinċipali huwa miċħud.Is-sentenza D’Agostino vs Il-Kummissjoni hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jiddeċiedi dwar l-ewwel parti tat-tieni motiv u żnaturah.Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 78, 15.3.2014.