Language of document : ECLI:EU:T:2021:918


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal21 ta’ Diċembru 2021 –
HB vs IlKummissjoni

(Kawża T796/19)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet Ukraini – Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont tal-kuntratt u ta’ rkupru tal-ammonti diġà mħallsa – Rikors għal annullament u għal kumpens – Att li jidħol f’kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa indissoċjabbli – Assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Inammissibbiltà – Assenza ta’ kategoriji ta’ dannu dissoċjabbli mill-kuntratt”

1.      Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Eżami ex officio

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 48)

2.      Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti fil-kuntest ta’ kuntratt u dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Kuntratt li jinkludi klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni favur qorti nazzjonali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263, 272 u 274 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 102 u 103; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2519/97, Artikolu 22)

(ara l-punti 49–53, 66, 67)

3.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti skont is-sustanza tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 60)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Applikabbiltà diretta

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punt 72)

5.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 94)

6.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur ta’ dispożizzjoni kuntrattwali – Esklużjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 95)

Suġġett

L-ewwel, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7318 final tal‑15 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti taħt il-kuntratt TACIS/2006/101‑510 u għall-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament, u, it-tieni, talba bbażata fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u intiża sabiex jinkiseb, minn naħa, ir-rimbors tal-ammonti kollha eventwalment irkuprati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni mogħnija bl-interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, il-ħlas simboliku għad-dannu morali li r-rikorrenti ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7318 final tal‑15 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti taħt il-kuntratt TACIS/2006/101‑510 u għall-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat, sa fejn huwa intiż għall-konstatazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.