Language of document : ECLI:EU:T:2013:601

Kawża T‑337/12

El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

(Trade marks u Disinni) (UASI)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta trabixu — Disinn nazzjonali preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Utent avżat — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Artikoli 4, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013

1.      Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Utent avżat — Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

2.      Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Libertà tad-disinjatur

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2) u 25(1)(b))

3.      Disinni Komunitarji — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal- Unjoni — Deċiżjoni ta’ korp tal-UASI li tifforma parti mill-kuntest tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell

4.      Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Determinazzjoni tal-impressjoni globali fir-rigward tal-mod ta’ użu tal-prodott

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

5.      Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Inkonvenjenzi jew diffikultajiet ta’ użu tad-disinn preċedenti — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 1, 3 u 6)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 21‑25)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31‑33)

3.      Meta l-Bord tal-Appell jikkonferma d-deċiżjoni tal-istanza inferjuri tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fl-intier tagħha, din id-deċiżjoni kif ukoll il-motivazzjoni tagħha jifformaw parti mill-kuntest li fih id-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet adottata, kuntest li huwa magħruf mir-rikorrent u li jippermetti lill-qorti teżerċita b’mod sħiħ l-istħarriġ tagħha tal-legalità fir-rigward tal-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-karattru individwali tad-disinn inkwistjoni

(ara l-punt 43)

4.      L-evalwazzjoni tal-impressjoni globali mogħtija lill-utent avżat minn disinn tinkludi wkoll il-mod li bih il-prodott irrappreżentat minn dan id-disinn huwa użat.

(ara l-punt 46)

5.      Il-karattru individwali ta’ disinn huwa evalwat, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, billi jsir paragun tal-impressjonijiet globali mogħtija mid-disinni kunfliġġenti lill-utent avżat u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-grad ta’ libertà tad-disinjatur. Għaldaqstant, il-kriterju relatat mal-inkonvenjenzi jew mad-diversi diffikultajiet ta’ użu tad-disinn preċedenti li allegatament ġew solvuti fid-disinn ikkontestat, ma jinsabx fost dawk li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat il-karattru individwali ta’ disinn. Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta mill-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Nru 6/2002, id-dritt tad-disinni huwa intiż sabiex jipproteġi d-dehra ta’ prodott u mhux id-disinn tal-modalitajiet ta’ użu jew ta’ funzjonament tiegħu.

(ara l-punt 52)