Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 - SIAE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Italiana degli Autori ed Editori (SIAE) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, M. Mandel, L. Vullo u S. Valentino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 - CISAC).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________