Language of document : ECLI:EU:T:2010:304





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2010 – Grain Millers vs UASI – Grain Millers (GRAIN MILLERS)

(Kawża T-430/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAIN MILLERS – Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Grain Millers u r-rappreżentazzjoni figurattiva tiegħu – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ - Użu tas-sinjal fil-kummerċ - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 478/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grain Millers GmbH & Co. KG u Grain Millers, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Grain Millers, Inc.

Trade mark Komunitarja  kkonċernata:

It-trade mark figurattiva GRAIN MILLERS għal prodotti fil-klassijiet 29 sa 31 – Applikazzjoni Nru 3650256

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Grain Millers GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

L-isem kummerċjali Ġermaniż GRAIN MILLERS, kif ukoll il-verżjoni figurattiva tiegħu

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell parzjalment miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grain Millers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.