Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2010 - Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-102/07 u T-120/07) 1

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implementata mill-Ġermanja taħt forma ta' sehem u ta' garanziji għal self - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komun - Skema ġenerali ta' għajnuna approvata mill-Kummissjoni - Kunċett ta' kumpannija f'diffikultà - Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-kumpanniji f'diffikultà - Ammont tal-għajnuna - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat u G. Quardt, avukati) (Kawża T-102/07); MB Immobilien Verwaltungs GmbH (Neukirch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Brüggen, sussegwentement minn A. Seidl, K. Lengert u W. Sommer, avukati); u MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat) (Kawża T-120/07)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni 2007/492/KE tal-Kummissjoni, tal-24 ta' Jannar 2007, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) implementata mill-Ġermanja għall-Grupp Biria (ĠU L 183, p. 27).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni 2007/492/KE tal-Kummissjoni, tal-24 ta' Jannar 2007, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) implementata mill-Ġermanja għall-Grupp Biria hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-120/07.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.