Language of document : ECLI:EU:T:2018:313





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – RT vs Il-Parlament

(Kawża T-98/17)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Leave tal-mard – Artikolu 59(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli interni dwar il-kontrolli tal-assenzi fuq il-post tax-xogħol u l-kontrolli perjodiċi tal-persistenza tal-invaliditajiet – Ċertifikat mediku – Assenza ta’ firma u ta’ timbru ta’ tabib – Konsultazzjoni medika minn distanza permezz tal-Internet – Rifjut ta’ aċċettazzjoni”

Uffiċjali – Leave tal-mard – Ġustifikazzjoni tal-marda – Produzzjoni ta’ ċertifikat mediku – Modalitajiet – Assenza ta’ firma u ta’ timbru ta’ tabib – Konsultazzjoni medika minn distanza permezz tal-Internet – Ammissibbiltà taċ-ċertifikat

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 59(1))

(ara l-punti 36-38)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad bħala inammissibbli bħala ċertifikat mediku li jippreskrivi leave tal-mard dokument ippreżentat mir-rikorrent fis-27 ta’ Ġunju 2016.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad bħala inammissibbli bħala ċertifikat mediku li jippreskrivi leave tal-mard dokument ippreżentat minn RT fis-27 ta’ Ġunju 2016 hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.