Language of document : ECLI:EU:T:2012:6





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/07)

“Spezzjonijiet sanitarji — Influwenza avjarja — Suq Taljan tal-laħam tat-tjur — Talba tal-awtoritajiet Taljani dwar l-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni”

1.                     Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Laħam tat-tjur — Diskriminazzjoni bejn produtturi jew konsumaturi — Projbizzjoni — Portata — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2777/75, Artikolu 14) (ara l-punti 53-57, 68, 69)

2.                     Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Laħam tat-tjur — Miżuri ta’ sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq tal-laħam tat-tjur — Deċiżjoni li tagħmel distinzjoni bejn it-telf ekonomiku kkawżat mill-qerda ta’ flieles ta’ ġurnata u dak ta’ bajd għat-tfaqqis li diġà faqqas — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ksur (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2777/75, Artikolu 14; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2102/2004) (ara l-punti 87-89, 98, 99)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 li tiċħad it-talba tar-Repubblika Taljana li tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq Taljan tal-laħam tat-tjur, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3,Vol. 2, p. 138).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 li tiċħad it-talba tar-Repubblika Taljana li tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq Taljan tal-laħam tat-tjur, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.